Raġel ta’ 57 sena mill-Ħamrun tilef ħajtu traġikament wara li aktarx ħa xokk f’komun ta’ garaxxijiet fl-Imsida.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħamsa, f’komun ta’ garaxxijiet fi Triq Anton Inglott.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien qed jaħsel xi vetturi fil-garaxx tiegħu meta x’aktarx ħa xokk.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie informat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita d-dinamika tal-inċident.