Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar wara li ntalbet l-assistenza tal-Pulizija fl-inħawi tax-Xatt ta’ Qui-Si-Sana, Tas-Sliema.
Huwa ngħata l-għajnuna minn minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għal kura meħtieġa.
Sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Arkivji