Raġel ta’ 35 sena minn Guinea-Bissau u li jgħix f’Ħal Qormi tilef ħajtu fid-dar li jgħix fiha wara li ntilef minn sensih b’konsegwenza ta’ ħruġ ta’ gass minn heater.
Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu intalbet l-għajnuna tal-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa residenza fi Triq il-Poeżija, Ħal Qormi.
Tim mediku mar fuq il-post iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ħatret inkjesta b’rabta mal-każ.