Ħanut f’Raħal Ġdid safa vittma ta’ serq hekk kif raġel seraq bott tad-donazzjonijiet b’risq Puttinu Cares.
Ir-raġel inqabad jisraq minn kameras tas-sigurtà li hu mgħammar bihom il-ħanut.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minkejja dan, ir-raġel baqa’ ħiereġ mill-ħanut bil-bott tad-donazzjonijiet.
L-għadqa mhux governattiva Puttinu Cares ħarġet stqarrija tgħid li jiddispjaċiha ħafna tara dan l-aġir.
Hi żiedet tgħid li ma tistax tifhem kif hawn min hu lest li jisraq mingħand il-marid.