Raġel ta’ tlieta u erbgħin sena inżamm arrestat wara li seraq flus u għamel ħsara f’sitt pompi tal-petrol.
Denis Cremona residenti l-Marsa tressaq il-Qorti mixli li matul Ġunju wettaq dawn ir-reati f’seba’ okkażjonijiet differenti fil-Fgura, fiż-Żejtun, San Pawl il-Baħar, Ħal Qormi u f’Ta’ Xbiex. Huwa wieġeb mhux ħati.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie ordnat li jsir pre-sentencing report dwar l-akkużat.
Għall-akkużat deher tal-avukat Joe Brincat.