Raġel ta’ 45 sena mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li segwa lil martu.
Ir-raġel, li huwa ukoll missier tat-tlitt itfal, kien akkużat li fl-20 ta’ Mejju li għadda u fil-ġranet ta’ qabel segwa lil martu, taha fastidju u kiser l-ordni mposta mill-Maġistrat Astrid May Grima fi Frar li għadda, li kienet ordnatlu biex ma jsegwiex lil martu.
L-Ispettur Paula Ciantar, qalet li l-mara qaltilha li hija semgħet lil żewġha jirrejżja l-karozza quddiem il-bieb tad-dar fejn tgħix ma’ wliedha. Qalet kif huwa ċemplilha diversi drabi fuq it-telefon ċellulari u anke fuq il-post tax-xogħol.