Robert Bowers ta’ 46 sena qed jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li qatel 11-il persuna f’Sinagoga f’Pittsburgh, l-Istati Uniti. Dan qed ikun deskritt bħala l-agħar attakk anti-Semitiku fl-Istorja moderna tal-Amerika.
Bowers spara fuq il-folla li kienet qed tattendi ċerimonja.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti mixli b’29 akkuża, fosthom li uża arma tan-nar biex joqtol diversi persuni. Prosekuturi tal-Istat qalu li se jżommuh akkużat ukoll għal kriminalià ta’ mibegħda, tant, li dan jista’ jaffaċċja piena kapitali.
Il-President Amerikan Donald Trump iddeskriva l-attakk bħala att inġust u krudili ta’ qtil tal-massa.