Raġel ta’ disgħa u tletin sena mis-Swieqi baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li stupra t-tifla tal-eks sieħba tiegħu.
Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, ir-raġel ġie akkużat ukoll li pparteċipa f’attività sesswali ma’ minorenni, li żammha kontra r-rieda tagħha u li kkorrompa minorenni.
It-tfalja, li illum għanda ħmistax-il sena, kienet irrapportat lil l-eks sieħeb ta’ ommha fejn allegat li kien ilu jabbużaha sa mill-elfejn u sittax, bl-allegat abbuż jasal saħansitra sa stupru.
Fil-Qorti intqal li mill-inkjesta ħareġ li l-parti sesswali tat-tfajla ma kienx intatt. Hawn intqal ukoll li t-tfajla kienet tat rendikot dettaljat tal-allegat abbuż.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għal akkużi miġjuba kontrih u talab għal ħelsien mill-arrest.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest minħabba li hemm riskju kbir ta’ intraċċ ta’ provi.