Robert Frendo, ta’ 63 sena minn Raħal Ġdid ġie akkużat b’attentat ta’ qtil, wara li allegatament ta tlettax-il daqqa ta’ sikkina lir-raġel t’oħtu waqt li kien rieqed.
Fil-Qorti ġie spjegat kif jumejn ilu, l-għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid daħlilha rapport ta’ feriment b’sikkina.
L-uffiċjali li marru fuq il-post sabu lill-allegat vittma, li qal li ġie attakkat minn ħu l-mara, li tah daqqiet ta’ sikkina waqt li kien rieqed.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u f’dan l-istadju ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.