Raġel ta’ 56 sena minn Bormla nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat li nhar it-3 ta’ Ġunju, jew qabel għamel atti ta’ ħasil ta’ flus billi kkonverta jew trasferixxa proprjetà meta kien jaf li l-istess proprjetà inkisbet b’attività kriminali u talli prova jagħmel attività llegali fuq l-istess proprjetà.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li aġixxa bħala kompliċi f’dawn l-illegalitajiet.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, l-akkużat baqa’ sieket u ma weġibx jekk hux ħati jew le għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u għaldaqstant ordnat biex jinżamm arrestat.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Lianne Bonello u l-Ispettur Kevin Pulis.