Darren Brincat ta’ erbgħin sena minn Ħal Qormi nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq minn banka tal-lottu f’Ħal Qormi u li kien involut fi ġlieda f’Ħal Qormi stess.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Kevin Pulis qalet kif nhar l-Erbgħa li għadda, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar seħħet serqa minn banka tal-lottu f’Ħal Qormi.
Il-Pulizija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha u waslet għall-imputat permezz tal-filmati elevati mill-kameras tas-sigurtà, kif ukoll mix-xhieda pajżana.
Intqal ukoll kif jumejn wara, fi stabbiliment tad-divertiment fl-istess lokalità, l-imputat kien involut f’argument ma’ raġel ieħor fejn allegatament darrbu gravi.
Kien hemmhekk meta l-Pulizija waslet għall-arrest tal-akkużat.
Id-Difiża mmexxija mill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
L-akkużat, li fil-Qorti qal li ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.