Bipin Paija ta’ 21 sena min-Nepal ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li dan allegatament ipprova jikkawża ġrieħi serji b’arma tal-ponta u li taqta’ lil tfajla oħra.
Fil-Qorti, intqal kif l-allegat akkużat ġie Malta biex jistudja u ilu hawn 10 xhur. Id-difiża saħqet li mhux ġust li Paija jmur il-ħabs meta dan ġie biex jistudja, u li l-allegat lest jobdi kull kundizzjoni li toffri l-Qorti.
Il-Qorti saħqet li mhux se tikkonċedi l-ħelsien mill-arrest, partikolarment meta l-allegat vittma għad trid tixhed.