Raġel ta’ 44 sena li jgħix Tas-Sliema nżamm arrestat wara li allegatament hedded raġel ieħor b’sikkina l-Ħadd, wara li allegatament daħaq bih.
L-akkużat ġie mixli li allegatament kien qiegħed iżomm arma li taqta’ u bil-ponta f’post pubbliku u mingħajr permess tal-Pulizija, fost l-oħrajn.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat, hekk kif l-allegat vittma għadu jrid jixhed u anki minħabba li l-imputat u l-akkużat joqogħdu viċin xulxin.
Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.