Raġel ta’ 45 sena tressaq l-Qorti akkużat li kkaġuna ferita ta’ natura ħafifa fuq il-mara tiegħu.
Il-każ ġara nhar is-Sibt filgħaxija f’Birkirkara. Huwa qiegħed jiġi akkużat li ta fastidju lil martu.
Huwa nżamm arrestat.
Il-Maġistrat talbet sabiex jitħejja rapport fuq ir-raġel u talbet l-akkużat sabiex jikkontrolla r-rabja li għandu.