Manolito Magri ta’ 38 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat bi vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu li jgħix magħha.
L-akkużat ċaħad li ħebb għaliha u kkaġunalha ġrieħi ħfief, filwaqt li fil-passat heddida. Magri kien akkużat ukoll li huwa riċediv.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo semgħet kif ħames snin ilu, huwa kien instab ħati ta’ vjolenza fuq is-sieħba tiegħu.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-Qorti tiċħad it-talba.