Il-Ħadd filgħodu, Somalu ta’ disgħa u għoxrin sena tressaq il-Qorti u ġie akkużat li uża l-vjolenza waqt serqa fuq raġel ieħor f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-ħmistax ta’ Ġunju fi Triq San Ġorġ, f’Paceville.
L-akkużat ma jaħdimx u m’għandux indirizz fiss f’pajjiżna.
Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, huwa ġie akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq il-vittma, li żammu kontra l-volontà tiegħu biex iwettaq serqa, u li kiser il-paċi pubblika.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm arrestat sakemm jixhed il-vittma.
Favur il-vittma ħarġet ordni ta’ protezzjoni.