Dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja neqsin għoxrin seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Il-ħabta seħħet bejn Peugeot 307, misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar u Renault Megan, li kienet wieqfa mal-ġenb tat-triq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Raġel ta’ 61 sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll, li kien quddiem il-karozza Renault intlaqat kawża tal-inċident.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 61 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.