Raġel iddaħħal l-isptar b’urġenza wara li ntlaqat minn żiemel. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17:30 fi Triq il-Buskett Ħad-Dingli.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku tal-emerġenza mill-Isptar Mater Dei sakemm ittieħed l-isptar permezz t’ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident madankollu f’dan l-istadju ma kellux informazzjoni dwar il-kundizzjoni tal-vittma.
Madankollu minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li r-raġel ġarrab numru ta’ ġrieħi f’rasu.