One.com.mt jinsab infurmat li raġel intlaqat minn vettura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3:45pm, fi Triq il-Kbira San Ġużepp, fil-Ħamrun.
Kelliem tal-Pulizija kkonferma dan ma’ dan is-sit.
Għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ dan ir-raġel.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.