Raġel intlaqat minn vettura għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ dalgħodu fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 42 sena, residenti l-Imsida, għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Ford Connect li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena li joqgħod il-Ħamrun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.