Raġel mill-Bangladesh ta’ 29 sena li jgħix San Pawl il-Baħar weġgħa gravi wara li ntlaqat minn gaffa waqt li kien qed jaħdem fil-Kalkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fi Triq il-Ġir, il-Kalkara meta Albaniż ta’ 46 sena li jgħix San Pawl il-baħar kien qed jimmnuvra gaffa li kienet qed tintuża għal xogħlijiet fl-istess triq. Għal xi raġuni ir-raġel mill-Bangladesh intlaqat mill-gaffa f’siequ waqt li kien qed jaħdem fl-istess sit.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lir-raġel li mbagħad ittieħed l-isptar għal kura.
Il-Pulizija tad-distrett qed tmexxi l-investigazzjonijiet.