Raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena minn San Ġiljan ingħata sentenza ta’ sena u nofs ħabs wara li fil-Qorti ammetta li seraq diversi oġġetti biex ikollu l-flus għad-droga.
Ir-raġel tressaq il-Qorti dalgħodu u ammetta li jumejn ilu, seraq xi oġġetti minn numru ta’ garaxxijiet f’Ħaż-Żebbuġ, fosthom xi għamara, basktijiet u televixin.
Fl-awla, l-akkużat ammetta wkoll li kkaġuna ħsara fuq proprjetà ta’ ħaddieħor.
Quddiem il-Maġistrat Monica Vella ġie spjegat kif l-imputat għandu l-vizzju tad-droga iżda rritorna l-affarijiet misruqa u kkopera mal-Pulizija.