Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ raġel ta’ 63 sena li nstab mejjet f’taraġ ta’ ġnien fil-Marsa.Il-Pulizija kkonfermat ma’ one.com.mt li l-katavru tal-vittma, x’aktarx barrani, ntlemaħ mixħut għal tulu fl-art għall-ħabta tal-17:30 fit-taraġ ta’ ġnien li jmiss ma’ Triq Stiefnu Żerafa fil-Marsa.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’tabib jiċċertifika lir-raġel mejjet fuq il-post.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima.