Raġel instab mejjet f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-6:50 meta l-Pulizija ġiet infurmata li f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dragunara, San Ġiljan kien instab persuna bla ħajja.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel x’aktarx barrani u li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa x’aktarx waqa` għoli ta’ madwar żewġ sulari.
Fuq il-post kien imsejjaħ Tim mediku sabiex jassisti lill-vittma iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin