Raġel mill-Pakistan ta’ ħamsa u għoxrin sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Huwa nstab mill-uffiċjali korrettivi waqt ir-rondi li saru għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu.
Fiċ-ċella ma nstab xejn suspettuż u għalhekk l-ewwel indikazzjonijiet juru li miet waqt l-irqad.
B’mod immedjat ġew infurmati l-Pulizija tad-Distrett u nħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.