Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sitt metri minn fuq scaffolding li kien qed jaħdem fuqu.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar fl-inħawi Tal-Ħandaq, Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.