Raġel ta’ 61 sena mir-Rabat, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li waqa’ minn għoli waqt li kien fi ġnien u spiċċa fit-triq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15 tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq Sa Maison, il-Floriana.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.