Raġel qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ mill-għli fi blokka garaxxijiet fi Triq il-Baltiku, San Ġiljan.
Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħaxija meta raġel Kolombjan ta’ 31 sena kien allegatament waqa’ għoli ta’ madwar tliet filati ġewwa blokka ta’ garaxxijiet.
Immedjatament, issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.