Raġel, li l-identita tiegħu għadha mhux magħrufa, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġwann.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30am fi Triq Ugo Carbonaro.
Fuq il-post marru l-Pulizija u anki tim mediku, bil-vittma jittieħed l-Isptar Mater Dei.
Dwar dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella, li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.