Ġermaniż ta’ 60 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ f’inċident fuq il-baħar f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:45 tas-Sibt filgħaxija.
Il-Pulizija ġiet informata mill-awtoritajiet tas-saħħa dwar l-inċident, bil-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post.
Minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li r-raġel weġġa’ waqt li kien fuq dik li hi magħrufa bħala sofa boat ride.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.