Raġel ta’ 51 sena nqatel b’diversi daqqiet ta’ sikkina f’Surrey fl-Ingilterra. Il-vittma kien fuq ferrovija flimkien ma’ ibnu ta’ erbatax-il sena.
S’issa l-pulizija Ingliza għadha ma ddentifikatx l-qattiel iżda qed taħseb li s-suspettat nieżel fl-istazzjon ta’ Clandon.
Il-pulizija u s-servizzi Ingliżi marru fuq fl-istazzjon ta’ wara jiġifieri dak ta’ Horsley, hekk kif intalbet l-għajnuna tagħha f’dak l-istazzjon. Dan ifisser li s-suspettat laħaq ħarab minn fuq il-post.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa ftit wara s-siegħa ta’ waranofsinhar, ħin t’hemmhekk.
L-istess ferrovija baqgħet fl-istazzjon ta’ Horsley u s-servizz tal-ferrovija bejn Gildford u Effingham kienu sospenduti sakemm il-pulizija għamlet l-investigazzjonijiet tagħha.