Raġel ta’ 29 sena li jgħix Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li ġġarraf bih saqaf ta’ binja abbandunata fi Pjazza Sir Luigi Preziosi u nqabad taħt it-tifrik.
Jirriżulta li l-inċident seħħ waqt li l-Malti kien qed jaqta’ xi zkuk minn ma’ siġra, li kienet qed titmiel għal fuq it-triq, u rifes fuq ix-xoroq ta’ saqaf tal-binja mitluqa, m’għola sular.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma’ ambulanza u uffiċjali tal-Pulizija ssejħu fuq il-post biex joħorġu lir-raġel minn qalb it-tiġrif fejn kien maqbud.
Wara li ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post, hu ttieħed l-Isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.