Bulgaru ta’ 48 sena li m’għandux fejn jgħix, qed jinżamm arrestat mill-Pulizija minkejja li ċaħad akkużi li seraq mowbajl mill-Ajruport Internazzjoanli ta’ Malta.
Bogdan Bogdanov, li jaħdem bħala electrician, tressaq il-Qorti l-Ħamis wara li kameras tas-sigurtà wrew filmat tiegħu jisraq mowbajl minn fuq mejda ta’ ristorant. Huwa kien akkużat ukoll li seraq affarijiet relatati mal-mowbajls tul Novembru li għadda.
Fil-Qorti ma ntalabx il-ħelsien mill-arrest, u l-akkużat se jinżamm arrestat mill-Pulizija.