Libjan li lbieraħ filgħaxija kien se jħalli pajjiżna lejn it-Tuneżija, kellu fuqu aktar minn €11,000 mhux iddikjarati. Fis-sala tat-tluq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, uffiċjali tad-Dwana sabu fuq ir-raġel il-flus f’muniti ta’ pajjiżi differenti, li skontu kienu flus li faddal u kien se jieħu lura pajjiżu.
Minħabba li l-passiġġier ma ddikjarax il-flus qabel daħal fiż-żona tan-non Schengen, il-flus ittiħdulu filwaqt li hu qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet u mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
Skont il-liġi Ewropea, passiġġier li jkun se jivjaġġa b’aktar minn €10,000 huwa obbligat li jiddikjarahom lid-Dwana.