Raġel ta’ 26 sena min-Niġer qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ.
Kien għall-ħabta tan-12:30 ta’ waranofsinhar meta r-raġel weġġa’ waqt li kien qed inaddaf magna.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
F’inċident separat, impjegat mal-kumpanija Tug Malta weġġa’ wara inċident bit-tugboat f’Birżebbuġa. Il-Port Ħieles ta’ Malta ta s-servizz ta’ infermiera fuq il-post, u l-inċident qed ikun investigat minn Tug Malta u l-awtoritajiet kompetenti.