Raġel li kien qed jaffaċċja terminu ta’ ħabs fuq akkużi ta’ stupru lin-neputija tiegħu ta’ 11-il sena ġie meħlus minn kull akkuża wara li l-vittma nnifisha rtirat dawn l-allegazzjonijiet. Jidher li dawn l-allegazzjonijiet saru fuq insistenza ta’ ommha.
Il-każ skond l-akkuża, ġara madwar 10 snin ilu u ilu sejjer 8 snin sħaħ fil-qrati Maltin fejn saħansitra ir-raġel kellu ċans jeħel sa 3 snin ħabs.
Matul dawn is-snin, it-tifla esperjenzat żmienijiet diffiċli mal-familja fejn għexet ukoll separazzjoni u aktar tard talbet li tmur tgħix mal-missier. L-akkużi primarji saru minn omm it-tifla mingħajr ma anke nfurmat lir-raġel matrimonjali tagħha.
L-akkużat dejjem baqa’ jinsisti dwar l-innoċenza tiegħu fejn qal li hu biss ġieli lagħab il-karti mat-tifla fil-kċina tad-dar b’insistenza tagħha stess.
Fi Frar ta’ din is-sena, l-allegat vittma irrinunzjat l-akkużi tagħha. Il-Qorti tal-appell kriminali ppreseduta mill-Magistrat Antonio Mizzi wara li nnota dawn l-iżviluppi osserva wkoll dawn il-passi min-naħa tal-vittma u ommha u li saru quddiem il-qorti tal-Maġistrat.
B’hekk l-akkużat ġie meħlues minn kull akkuża.
L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-akkużat.