Ingliż residenti Birżebbuġa ngħata sentenza sospiża wara li weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu waqt argument li seħħ Lejlet il-Milied. Darren Jon Bunting wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, innutat li l-ġrieħi li sofriet il-mara kienu kkawżati mill-akkużat waqt argument f’darhom stess, u jidher li dan kien l-ewwel intopp fir-relazzjoni ta’ bejniethom.
Minħabba li l-akkużat wieġeb ħati fi stadju bikri tas-smigħ, il-Qorti tatu sentenza ta’ tliet xhur ħabs sospiża għal 18-il xahar. Bunting kien ordnat ukoll biex ma jagħtix fastidju lill-vittma għas-sena li ġejja, dan abbażi ta’ €500.