Axil James Busuttil ta’ 27 sena minn Birżebbuġa weħel multa ta’ €3,000 mill-Qorti.
Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud huwa ġie akkużat li nhar is-27 ta’ Ġunju li għadda għall-ħabta tad-21:15 ta’ filgħaxija naqas milli jħares kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti li ngħataw lilu fis-7 ta’ Settembru 2019, fejn ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt garanzija personali ta’ €3,500.
Il-Qorti tat lill-akkużat multa ta’ €3,000 minflok sentenza ta’ ħabs. Il-Maġistrat Mifsud sostna li ngħatat din is-sentenza sabiex l-akkużat jingħata ċ-ċans jibda l-programm tad-droga.
Il-każ tmexxa taħt is-superviżjoni tal-Ispettur Roderick Attard.