Joseph Samuel Thomas Berry, mir-Renju Unit tressaq il-Qorti fuq akkużi li ħebb għal uffiċjal tal-Pulizija, u ngħata l-libertà kkundizzjonata.
Huwa kien akkużat li weġġa’ uffiċjal pubbliku u għamel ħsara fuq oġġetti personali ta’ terzi persuni.
Il-Qorti semgħet kif wara dan l-inċident, l-imputat li kien xurban, skuża ruħu mill-ewwel u ħallas għall-ħsara li kkawża filwaqt li kkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet.
L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħamis u kien wieħed iżolat għall-imputat.
Għaldaqstant, il-Qorti ħelset lill-imputat u mmultatu tmien mitt ewro.