Indjan ta’ 32 sena u li jgħix f’Santa Venera ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li faqa’ t-tanbur ta’ widnejn martu waqt każ ta’ vjolenza domestika.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ir-raġel ġie akkużat li weġġa’ gravi lil martu u li allegatament taha xebgħa b’saħħitha f’rasha.
Ir-raġel ċaħad l-akkużi kontra miġjuba kontrih.