Raġel ta’ 50 sena minn Ħal Qormi ndarab gravi wara li lbieraħ filgħaxija ntlaqat minn karozza fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.
Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.