Ħaddiem Xlukkajr ta’ sitta u tletin sena sofra ġrieħi ħfief wara li ċeda saqaf bih waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax tal-Ħamis filgħodu fejn għal xi raġuni ħajt li kien għadu kif inbena ċeda bil-konsegwenza li waqa’ s-saqaf ta’ fuqu.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li taw l-ewwel assistenza lir-raġel.
Huwa ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.