Raġel ta’ 48 sena ndarab serjament wara li lbieraħ waranofsinhar waqa’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fit-teatru Astra li jinsab fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li b’dan il-każ ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura.
Il-Maġistrat Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ