Raġel ta’ 26 miċ-Chad, indarab serjament wara li ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel safa’ milqut minn Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn Ingliż ta’ 27 sena li jirrisjedi l-Isla.
Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.