Raġel sofra ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart fi Triq Aldo Moro.
Il-vittma, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa intlaqat minn karozza tat-tip Double Cabin.
Din kienet qed tinstaq minn raġel ta’ ħamsa u tletin sena minn Santa Venera.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza wara li ngħata għajnuna minn tim mediku fuq il-post.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.