Indoneżjan ta’ 40 sena indarab serjament wara li kien involut f’argument fil-Fgura.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar f’residenza fi Triq William Lassal.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien qam argument bejn żewġt irġiel mill-Indoneżija ta’ 30 u 40 sena rispettivament. Waqt l-argument allegatament intużaw oġġetti li jaqtgħu u bil-ponta.
Ir-raġel ta’ 40 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.