Raġel ta’ 50 sena mill-Belt indarab gravi wara li waqgħet struttura tal-ħadid fuqu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, Ta’ Xbiex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li waqgħet struttura tal-ħadid fuq ir-raġel waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.