Raġel indarab gravi wara li waqgħet parti minn ċinta ta’ bejt fuqu f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq Żinżel, Ħal Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Niġerjan ta’ 23 sena sofra xi ġrieħi meta waqgħet parti minn ċinta ta’ bejt fuqu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.