Raġel indarab gravi wara li waqgħet injama fuqu f’garaxx f’Ħal Far.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu f’garaxx fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.
Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Tuneżin ta’ 32 sena residenti Wied il-Għajn, sofra ġrieħi wara li waqgħet fuqu injama li nkissret waqt li kien qed iħott xi affarijiet minn kontejner.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.