Raġel ta’ 52 sena li jgħix il-Belt Valletta qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ sular għoli minn scaffolding fuq ġewwa ta’ każin fi Triq ir-Repubblika, il-Belt.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:30 tal-Erbgħa filgħodu meta r-raġel waqa’ minn fuq l-iscaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-każin stess.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel minnufih l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.